Gonzalo Higuain ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Atalanta

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Gonzalo Higuain rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba Juventus-Atalanta ta’l-Erbgħa li għadda 14 ta’ Marzu 2018. Il-logħba kienet valida bħala s-sitta u għoxin ġurnata tas-Serie A TIM 2017/18. Din il-logħba kienet ġiet ippostiċipata mid-data oriġinali tagħha minħabba maltempata ta’borra li kienet laqgħtet lil Turin dak in-nhar. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website.

L-attakkant Argentin kien fondamentali għal rebħa ohra fil-kampjunat Taljan. Rebha li ppermettit lil Juventus jibnu vantaġġ ta’ erbgħa punti fuq Napoli fil-quċċata tal-klassifika.Għalhekk inthom ippremjajtuh bit-52% tal-voti. Fit-tieni post poġġejtu lil Douglas Costa bil-25% filwaqt li fit-tielet spiċċa Giorgio Chiellini bit-8% tal-voti.

Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Pierre Bonavia

 

Infakkrukom ukoll fil-profili ‘social’ tal-club tagħna :

Paġna Facebook : https://www.facebook.com/JuventusClubVeroAmore/

Grupp Facebook : https://www.facebook.com/groups/JuveClubDocVeroAmoreMalta/

Profil Instagram : https://www.instagram.com/jcmalta1975/

Profil Twitter : https://twitter.com/JCMalta1975

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *