Gravina: “Juventus ma jridux li l-kampjonat ikun dikjarat null u jinħatru champions”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lil TMW Radio, il-President tal-FIGC tenna li l-prijorità assoluta bħalissa hi li jitkompla l-kampjonat. L-idea hi l-kampjonat jitkompla fl-20 ta’ Mejju jew l-aktar l-aktar fil-bidu ta’ Ġunju u jibqa’ sejjer sa tmiem Lulju, bil-possibbiltà li jkollu jispiċċa f’Awwissu jew Settembru. Gravina sostna li hu mhuwiex kuntent li l-kampjonat idum biex jintemm u hekk iħarbat l-istaġun li jmiss.  Dwar il-kwistjoni tal-assenjazzjoni tat-titlu ta’ champions, il-President żvela li Juventus mhumiex favur li l-kampjonat jiġi dikjarat null u jingħataw it-titlu. Hu temm jgħid li jekk il-kampjonat ikun iddikjarat null, jaf ikun hemm battalji legali matul das-sajf li mhumiex tajbin f’mument daqstant delikat.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *