Gravina: “L-aktar l-aktar nistgħu nispiċċaw il-kampjonat f’Lulju”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat mill-Corriere della Sera, il-President tal-FIGC, Gabriele Gravina stqarr li l-kampjonat mhux se jerġa’ jibda sakemm ma jkun telaq kull tip ta’ riskju għal saħħet il-plejers u s-supporters. Fi kliemu l-intenzjoni hi li l-kampjonat jitkompla u jitlesta.  Skont Gravina hu diffiċli li s-Serie A tintlagħab mill-ġdid f’Mejju. Hu temm jgħid li l-aktar l-aktar il-kampjonat jista’ jintemm f’Lulju peress li ma jridux li li jħarbtu l-istaġun li jmiss li fi tmiemu hemm il-Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *