Ħames partiti bla ma naqilgħu gowl

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-erba’ partiti tal-perjodu post-Covid-19, Juventus ma qalgħux gowl wieħed. Jekk inżidu ma’ dawn l-erba’ partiti anki dik kontra Inter qabel il-waqfa, insibu li s-serje ta’ clean sheets għal Buffon/Szczesny hi ta’ ħames partiti. De Ligt illum sar surmast u blata fuq wara, filwaqt li Bonucci qed ikollu wieħed mill-aqwa staġuni ta’ dejjem. Kif stqarr Sarri fi tmiem il-partita tal-bieraħ, fl-Italja normalment jirbaħ min għandu l-aqwa difiża. Sarri faħħar lid-difensuri tiegħu, kif ukoll żied li komplessivament it-tim kollu qed jagħti sehem fil-fażi difensiva biex b’hekk id-difensuri qed isibuha aktar faċli minn qabel jipproteġu l-lasti ta’ Buffon/Szczesny.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *