Ħames plejers Juventin se jsiru free-agents minn Frar

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi plejers ta’ Juventus se jkollhom il-kuntratt tagħhom li jiskadi fi tmiem dan l-istaġun. Dawn huma: Barzagli, Evra, Caceres, Padoin u Rubinho. Għandna nifhmu li Barzagli u Caceres se jiġu offruti kuntratt ġdid minkejja l-età (Barzagli) u l-inċidenti barra l-grawnd (Caceres). Evra, mill-banda l-oħra, x’aktarx jitlaq jekk Alex Sandro joħodlu postu. Rubinho se jitlaq kważi mija fil-mija. Jibqa’ Padoin, b’Juventus li forsi jkunu jridu jżommuh imma ma nafux hu x’se jiddeċiedi peress li qed jilgħab ftit u żgur hemm timijiet oħra li lesti jiggarantulu post mal-ewwel ħdax tagħhom.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *