Hotel Concord

 

Il-Club joffri mingħajr ebda obbligazzjoni marbuta max-xiri ta’ biljetti, akkomodazzjoni bi prezzijiet vantaġġjużi ħafna u esklussivi għall-membri tal-Club biss ġewwa l-Hotel Concord. Din il-lukanda ewlenija ta’ 4 stilel tinsab fil-qalba taċ-ċentru kummerċjali ta’ Turin u fil-passat reċenti kienet isservi wkoll bħala l-lukanda uffiċjali ta’ Juventus.

Il-prezzijiet li jinkludu buffet breakfast abbondanti u varjata sew huma :-

  • Kamra Single kull lejl – €80
  • Kamra Double kull lejl – €90
  • Kamra Triple kull lejl – €110

Il-ħlas isir ġewwa l-lukanda stess u t-taxxa ta’ Turin ta’ €3.70 kull lejl kull persuna sa massimu ta’ 4 iljieli mhix inkluża fil-prezz. Ir-riservazzjoni dejjem tkun suġġetta għad-disponibilità tal-kmamar u tkun ikkonfermata ftit tal-ġranet wara hekk kif tirċievu lura email mingħandna bil-konferma sabiex tippreżentawha fil-lukanda mal-wasla tagħkom.

Sabiex tirriserva kamra intom mitluba tħallu d-dettalji tagħkom fl-applikazzjoni hawn taħt. Meta jaslulna d-dettalji nikkuntattjawkom aħna lura.

Ir-riservazzjoni tista’ ssir wkoll ġewwa l-uffiċju tal-Club.