Ibbujjar stupidu u razzist fil-konfront ta’ Matuidi u Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

Tliet minuti mit-tmien Blaise Matuidi talab lir-referee Giacomelli sabiex tiġi sospiża l-partita minħabba l-ibbujjar razzist fil-konfront tiegħu u ta’ Kean. Tul il-partita kollha kien hemm diversi tisfir u tgħajjir fil-konfront tat-tim Juventin. Fit-tieni taqsima s-sitwazzjoni eskalat u kien hemm diversi mumenti ta’ ibbujjar razzist. Saħansitra Kean tant kien urtat li wara li skurja mar quddiem is-supporters ta’ Cagliari, fetaħ idu u ma feraħx. Ftit wara l-ibbujjar tant kien qawwi li Matuidi talab is-sospensjoni tal-partita. Ir-referee għamel dak li kien suppost, jiġifieri ordna lill-ispeaker tal-grawnd biex isir messaġġ ħalli jieqaf l-ibbujjar. Il-captain ta’ Cagliari mar anki taħt il-Curva tas-supporters tiegħu biex jitlobhom jieqfu. Onestament il-veru niddejqu nikkummentaw xeni hekk u nisperaw li xi darba l-futbol Taljan jimmatura u li l-istadium Taljani jkunu tassew denji tal-passat glorjuż tas-Serie A.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *