Iċ-ċifri involuti fit-trasferiment ta’ Bonucci

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Meta tmienja u erbgħin siegħa ilu smajna bil-possibbli transfer ta’ wieħed mill-‘leaders‘ juventini Leonardo Bonucci mal-għedewwa storiċi Milan kulħadd (jew kważi) ħaseb li kienet xi aħbar ażżardata u li ma tistax tagħti każ.

Issa li kollox sar rejalta u d-difensur ċentrali sar parti mill-proġett tad-diriġenza l-ġdida ta’ Milan nagħtu ħarsa lejn l-aspett ekonomiku li hemm wara dan it-transfer.

L-ewwel proposta kienet dik ta’ 30 miljun minn naħa rossonera imma Juventus mill-ewwel ċaħdu kull tentattiv għax il-valutazzjoni tal-plejer skond il-managers juventini kienet ta’ 40/45 miljun. Wara li kien hemm diversi xnigħat li Milan setgħu joffru żewġ plejers (Alessio Romagnoli u Mattia de Sciglio) bħala tpartit u anke somma ta’ flus magħhom, l-offerta uffiċjali (u aċċettata minn Juventus) kienet ta’ 40 miljun ewro + 2 oħra bonus skond ir-riżultati milħuqa.

Fuq lat personali Leonardo Bonucci se jiġi jaqla’ stipendju ta’ 6.5 miljun ewro fis-sena (hemm ukoll bonus addizjonali skond ir-riżultati). L-ex juventin iffirma kuntratt sal-2022.

Pierre Bonavia

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *