Icardi. Għad narawh ma’ Juventus?

MatthewJuve News

Mauro Icardi jidher destinat li jitlaq lil Inter fi tmiem dan l-istaġun. Nafu li tneħħa minn captain tat-tim u saħanistra rrifjuta li jmur Vienna għall-partita tal-Europa League. Jidher li hemm gwerra sħiħa bejnu u l-klabb. Xi siti qed jirrapurtaw li Inter jinsabu urtati għall-fatt li Icardi qed jitlob paga għolja wisq. Barra minn hekk hemm min qed jallega li Inter saru jafu li Icardi qed jitkellem ma’ Juventus. Din l-aħbar però s’issa ma sabet ebda konferma. Li nafu fiċ-ċert hu li fis-sajf li għadda kien hemm iċ-ċans li Juventus u Inter isibu ftehim għat-trasferiment ta’ Icardi, iżda mbagħad Juventus ippreferew lil Ronaldo. F’dan l-istadju lanqas biss nafu jekk Juventus iridux attakkant ieħor għas-sena d-dieħla. Paratici dil-ġimgħa semma l-akkwist ta’ difensur apparti l-ftehim ma’ Ramsey. Fi kliem ieħor uffiċjalment Juventus ma jridux lil Icardi, però nafu li fil-futbol l-affarijiet jistgħu jinbidlu minn moment għall-ieħor. Nifhmu li Inter fis-sajf se jitolbu somma ta’ iktar minn 100 miljun għalih u hu ovvju li se jagħmlu minn kollox beix ibigħuh lil kwalunkwe tim ieħor basta ma jkunx ma’ Juventus. Dawn huma l-pjanijiet tagħhom. Imma Wanda Nara ….

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email