Id-dati uffiċjali tas-Serie A u tal-Coppa Italia 2019/20

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Lega ħabbret id-dati uffiċjali tas-Serie A 2019/20. Il-kampjonat se jibda fil-weekend tal-24 u l-25 ta’ Awwissu, u se jintemm fl-24 ta’ Mejju. Se jkun hemm tliet partiti li se jintlagħbu fost il-ġimgħa: fil-25 ta’ Settembru 2019, fit-30 ta’ Ottubru 2019 u fit-22 ta’ April 2020. L-impenji tat-timijiet nazzjonali se jwaqqfu l-kampjonat f’erba’ okkażjonijiet: fit-8 ta’ Settembru 2019, fit-13 ta’ Ottubru 2019, fis-17 ta’ Novembru 2019 u fid-29 ta’ Marzu 2020. Il-waqfa tax-xitwa se tkun bejn it-23 ta’ Diċembru 2019 u l-5 ta’ Jannar 2020.

Il-Coppa Italia dis-sena se tibda fl-4 ta’ Awwissu 2019 u se ssib il-qofol tagħha fil-Finali tal-15 ta’ Mejju 2020.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *