Ifaqqa’ anki l-isem ta’ Balotelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-edizzjoni tal-lum ta’ “Tuttosport” naqraw li l-aġent Mino Raiola qed jagħmel pressjoni qawwija sabiex Juventus jixtru lil Mario Balotelli. Ilbieraħ, fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Napoli-Juventus, Allegri stqarr li meta kkowċja lil Balotelli ma’ Milan, l-attakkant Taljan kien mar tajjeb. Insomma Allegri jidher lest li jilqa’ lura lil Balotelli. Nafu wkoll li din il-ġimgħa Raiola kien Vinovo u tkellem ma’ Paratici. Fl-aħħar nett ma rridux ninsew li Juventus għandhom kull interess li jikkuntentaw lil Raiola sabiex dan ma joħdilniex lil Pogba ma’ xi tim ieħor.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *