Ikompli l-effett Ronaldo fuq ix-shares ta’ Juventus FC

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

L-effett Ronaldo jkompli jħalli impatt qawwi fuq il-prezz tax-shares ta’ Juventus FC fil-Borża. Illum il-prezz tax-shares għola 11.19%. Il Sole 24 Ore, gazzetta speċjalizzata f’analiżi ta’ tip finanzjarju, qed tirrimarka li bil-prezz il-ġdid tax-shares, il-valur tal-klabb Juventin illum tela’ minn 665 miljun Ewro ta’ ftit jiem ilu għal 816 miljun Ewro. Dan ifisser żieda ta’ 150 miljun Ewro u għaldaqstant virtwalment Ronaldo diġà tħallas qabel iffirma l-kuntratt.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *