Il-200 Derby fl-istorja

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla se jintlagħab id-Derby della Mole numru 200 fl-istorja tal-futbol Taljan. Fil-199 partita li ntlagħbu s’issa, Juventus rebħu 87, kellna 56 riżultat ta’ draw u 56 rebħa għal Torino. Minn dawn il-partiti kollha, 148 kienu tas-Serie A, b’Juventus jirbħu 70 minnhom (kważi n-nofs!). Il-partiti tas-Serie A f’dar Torino jammontaw għal 74. Nofshom rebħhom Juventus (32), 23 intemmu fi draw u kien hemm rebħa ta’ Torino 19-il darba. L-akbar rebħa ta’ dejjem ta’ Juventus fil-kampjonat f’dar Torino kienet dik tal-25 ta’ Marzu 1951, bl-iskor finali jkun 1-5. Ta’ min jgħid li fl-aħħar għaxar konfronti tal-kampjonat b’Torino home, Juventus ħarġu rebbieħa disa’ darbiet u tilfu partita waħda biss.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *