Il-bejgħ ta’ plejers għal Juventus mhuwiex faċli

MatthewJuve News Leave a Comment

Meta ninsabu biss ġimgħa ‘l bogħod mill-bidu tal-kampjonat u ġimagħtjen mit-tmien tas-suq tat-trasferimenti, Fabio Paratici għadu qed jipprova jagħmel minn kollox biex ibigħ xi plejers. Is-sinjali waqt Triestina-Juventus kienu ċari: Higuain, Mandzukic u Matuidi ma bdewx mill-ewwel minuta; Rugani lanqas biss lagħab minuta. Juventus qed juruhom li mhux se jkunu fiċ-ċentru tal-pjanijiet ta’ Sarri u għaldaqstant qed iħajruhom jitilqu. Is-sitwazzjoni, però, mhix faċli: Higuain ma jridx jitlaq; Rugani jrid tim tal-istess livell ta’ Juventus; Mandzukic lest imur ma’ Bayern Munich imma huma mhus disposti jonfqu ħafna għalih; Matuidi għandu xi offerti minn Franza imma s’issa xejn tassew konkret. Paratici jrid ikompli jaħdem għax verament hemm ir-riskju li jagħlaq is-suq tat-trasferiment u Juventus ikollhom tim ‘extra large’.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *