Il-kandidati biex jieħdu post Allegri

MatthewJuve News Leave a Comment

Min se jieħu post Allegri? Din hi d-domanda li s-supporters Juventini qed jagħmlu wara li tħabbar li Allegri mhux se jibqa’ jmexxi lil Juventus. L-ismijiet nafuhom sew. Il-ħolma tibqa’ Pep Guardiola, imma minħabba kwistjoni ta’ flus x’aktarx li bħalissa Juventus ma jaffordjawhx. Qed jissemma ħafna anki Pochettino, imma għalih jgħodd l-istess diskors ta’ Guardiola, jiġifieri jiswa wisq għal Juventus. Jidher li Mendes issuġġerixxa lil Mourinho, imma Agnelli ma jridx jaf bih. L-aktar żewġ kandidati li qed jissemmew li għandhom ċans huma Deschamps u Inzaghi għax minħabba raġunijiet ta’ flus u t-tip ta’ tmexxija tagħhom, jidhru l-iktar profili ideali għad-diriġenza Bianconera. Issemmew anki xi outsiders: Mihajlovic, Sarri u Gasperini. Imbagħad hemm Conte. Kollox jindika li Conte hu miftiehem ma’ Inter, biss il-Juventus huma l-Juventus għal Conte u żgur li jekk tasalli telefonata mingħand Agnelli mhux se jkun jista’ jgħidu le malajr.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *