Il-Lega Calcio se tressaq proposti dwar il-pagi tal-plejers tas-Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Lega Calcio llum infurmat lill-AIC (il-unioni tal-plejers) li sa nhar it-Tnejn se tgħaddilhom il-proposta tagħha dwar il-pagi tal-plejers. Imbagħad ikun imiss lill-AIC li twieġeb lura b’kontroproposta. Tajjeb infakkru li l-union tista’ tieħu liema pożizzjoni trid dwar din il-kwistjoni, imma finalment huma l-plejers biss li jistgħu jilqgħu jew jirrifjutaw proposti biex parti mill-paga tagħhom tinqata’. Ta min jgħid ukoll li x-xnigħa hi l-klabbs tas-Serie A se jkun qed jipproponu li l-pagi tal-plejers għalissa ma jibqgħux jitħallsu sakemm ma jerġa’ jibda l-logħob.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *