Il-Lega Calcio tmur kontra l-FIGC

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt laqgħa tal-Lega Calcio li saret ilbieraħ, ġiet approvata proposta ta’ Urbano Cairo. Prattikament il-Lega qed taqbel li jekk il-kampjonat ma jkunx jista’ jitkompla u allura jieqaf għal kollox, it-titlu ta’ champion tal-Italja mhux se jkun jista’ jiġi assenjat sakemm ma jkunx hemm tim li matematikament ikun diġa’ rebaħ il-kampjonat. L-istess jgħodd bħat-timijiet li jaqgħu. Ħadd mhu se jaqa’ jekk matematikament ma jkunx diġa’ ġie relegat. Dan kollu jmur kontra dak li ġie deċiż mill-Eżekuttiv tal-FIGC. Ir-rappreżentanti tal-Lega Calcio se jressqu issa dil-proposta waqt laqgħa tal-FIGC nhar it-Tnejn. Diffiċli però li se tkun approvata.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *