Il-logħob fl-Ewropa jkompli wara s-sajf?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fost il-ħafna ideat u teoriji li qed jissemmew għat-tkomplija tal-kampjonati domestiċi u l-kompetizzjonijiet Ewropej, hemm anki dik li l-logħob jerġa’ jibda wara s-sajf. Hu evidenti li l-logħob irid jistenna qabelxejn li l-COVID-19 ikun megħlub fl-Ewropa kollha qabel verament ikun jista’ jerġa’ jintlagħab. Il-battalja tal-istati mal-Coronavirus tidher li se tkun waħda twila u bosta min-nies qed ibassru li s-sitwazzjoni mhux se tkun tista’ tiġi lura għan-normal qabel Awwissu-Settembru. Għaldaqstant qabel Ottubru-Novembru x’aktarx li l-logħob mhux se jkun jista’ jerġa’ jibda (fil-fatt il-Logħob Olimpiku f’Lulju u Awwissu diġà tħassar!). Il-klabbs Ewropej iridu jkomplu l-kampjonat u l-kompetizzjonijiet Ewropej, anki minħabba li hemm kuntratt ma’ sponsors li jridu jiġu onorati. Jekk vera jridu dan, allura qed isiru proposti biex il-logħob jitkompla wara Ottubru biex jitlesta sal-aħħar tas-sena. Imbagħad fi Frar 2021 ikun jista’ jibda l-istaġun ta’ wara.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *