Il-logo l-ġdid tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)

MatthewJuve Leave a Comment

Il-logo l-ġdid tal-Club hu xogħol Jake Ritchie li rebaħ kompetizzjonijiet li konna nidejna lejn tmiem l-2019. Ridna li fl-okkażjoni tal-45 anniversarju mit-twaqqif tiegħu l-club tagħna jkollu logo ġdid b’rabta mal-passat u b’dehra moderna kif inhu xieraq. B’kollox kellna 17-il persuna li ħadu sehem fil-kompetizzjoni u minn dawn il-proposti kollha għoġobna l-iktar dak ta’ Jake Ritchie. Il-logo għandu tliet ittri kbar kulur id-deheb JCM li jfissru Juventus Club Malta, l-isem tal-ewwel club li kienet twaqqaf fl-1975.It-tliet ittri jiffurmaw xbiha li tfakkarna fil-badge tal-iscudetto Taljan u fl-istess ħin tixbah anki lil qalb. Fin-nofs tat-tliet ittri l-kbar hemm il-kitba ‘Vero Amore’, l-isem tal-Club li kien twaqqaf fl-1997 u li sena wara ngħaqad mal-Club l-antik biex għandna l-Club tal-lum. Fuq nett tat-tliet ittri hemm is-salib ta’ Malta li dejjem kien preżenti f’kull logo li sar fl-istorja tal-Club tagħna. Mal-ġenb tal-ittri l-kbar insibu Est. 1975 li jfakkarna li l-Club tagħna għandu storja tassem qadima u bi kburija ngħidu li ftit Juventus Clubs fid-dinja jistgħu jiftaħru li għandhom storja itwal minn tagħna.

Il-logo, kif qed taraw, jorbotna sew mal-passat glorjuż tal-Club u fl-istess ħin jiftħilna l-bibien għall-futur bid-dehra moderna tiegħu. Grazzi lil Jake Ritchie tal-kreazzjoni tiegħu u grazzi wkoll lil dawk kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni. Nittamaw ma ndumux wisq ma narawkom sabiex taraw dan il-logo fil-premises tagħna.

Joseph Fenech

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *