Il-Ministru xettiku li l-futbol se jerġa’ jibda fit-3 ta’ Mejju

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Ministru Taljan tal-Isports, Vincenzo Spadafora stqarr li jinsab xettiku li l-kampjonat se jkun jista’ jitkompla f’Mejju. Intervistat minn Rai Tre l-Ministru sostna li ma jqisx li hu wisq realistiku li s-Serie A se tkun tista’ terġa’ tibda fit-3 ta’ Mejju: “Għandi dubji kbar. Li nista’ ngħid żgur hu li jekk ikun hemm il-kundizzjonijiet biex il-logħob jerġa’ jibda, se jsir kollox bil-bibien magħluqa. Ma nistgħux naħsbu li nibdew f’Mejju bis-supporters. Għandi dubji kemm se nistgħu nistgħu nerġgħu nibdew fit-3 ta’ Mejju. Anki x-xjenzati ma jafux meta se jintemm kollox. Li jimxi kollox għax-xhur tas-sajf, jiġifieri Lulju u Awwissu, hi possibbiltà oħra. Id-dinja tal-futbol damet ma fehmet dak li għaddejjin minnu. Issa kollox irid jadatta ruħu għal dak li qed jiġri madwarna.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *