Il-mixja ta’ Juventus fiċ-Champions League/3

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Wasalna fit-tielet parti ta’ din il-ħarsa li qed nagħtu lejn il-mixja ta’ Juventus f’din l-edizzjoni taċ-Champions League. Issa jmiss li naraw il-konfronti ma’ Monaco fil-Kwarti-Finali. Bħal dejjem qed nerġgħu nġibu dak li konna ktibna wara l-partiti.

L-ewwel leg
Monaco kienu għadma iebsa iktar minn kemm ħsibna u Juventus kellhom ibatu ftit sabiex jirbħu dan l-ewwel konfront. Il-Franċiżi huma tim solidu ħafna li jaf jiddefendi sew u huma konkreti immense fl-istil ta’ logħob tagħhom. Juventus, mill-banda l-oħra, lagħbu b’intelliġenza kbira u għarfu jirbħu l-battalja tattika kontra Monaco. Imma jekk il-battalja hi mirbuħa, għad ma nistgħux ngħidu li l-gwerra hi mirbuħa wkoll. Il-Bianconeri se jmorru Franza bil-vantaġġ ta’ gowl wieħed. Hu fatt tajjeb li ma sofrejniex gowl. Konvinti li dan ir-riżultat se jagħtina l-opportunità immorru hekk daqsxejn iktar trankwilli.

JUVENTUS-MONACO 1-0
Skorja: Vidal (pen.) (J)

Juventus (4-3-1-2): Buffon; Lichtsteiner, Bonucci, Chiellini, Evra; Vidal, Pirlo (Barzagli), Marchisio; Pereyra (Sturaro); Tevez, Morata (Matri). Kowċ: Allegri

Monaco (4-2-3-1): Subasic; Raggi (Berbatov), Carvalho, Abdennour, Kurzawa; Fabinho, Kondogbia; Dirar (Bernardo Silva), Moutinho, Ferreira-Carrasco; Martial (Matheus Carvalho). Kowċ: Jardim.

Referee: Kralovec

Karta safra: Carvalho (M)

Photogallery tal-partita

It-tieni leg
Wara tnax-il sena Juventus reġgħu waslu sas-Semifinali taċ-Champions League. Il-Bianconeri ma kellhomx xi wirja tajba u anzi dehru emozjonati ferm. Fuq livell individwali diversi plejers bdew jiżbaljaw ħafna iktar mis-soltu u kien hemm mumenti fejn deherna li fiżikament ma konniex ippreparati biżżejjed. Jibqa’ l-fatt però li wasalna sas-Semifinali u li ma qlajniex gowl. Id-difiża hi b’saħħitha ħafna, il-midfield stellari filwaqt li fuq quddiem hemm plejers tajbin ferm ukoll. Dan hu l-bażi li fuqu Allegri bena t-tim tiegħu u Juventus setgħu jkunu fost l-aqwa erba’ timijiet tal-Ewropa.

MONACO-JUVENTUS 0-0

Monaco (4-2-3-1): Subasic; Fabinho, Raggi, Abdennour, Kurzawa; Kondogbia, Toulalan (Berbatov); Bernardo Silva, Moutinho, Ferreira-Carrasco (M. Carvalho); Martial (Germain). Kowċ: Jardim

Juventus (3-5-2): Buffon; Barzagli, Bonucci, Chiellini; Lichtsteiner, Vidal (Pereyra), Pirlo, Marchisio, Evra (Padoin); Morata (Llorente), Tevez. Kowċ: Allegri

Referee: Collum (Skozja)

Karti sofor: Chiellini, Tevez (J); Bernardo Silva, Kondogbia (M)

Photogallery tal-partita

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *