Il-mixja ta’ Juventus fiċ-Champions League/4

MatthewJuve News Leave a Comment

Ir-raba’ u l-aħħar appuntament f’din is-sensiela tagħna fejn tajna ħarsa lejn il-mixja ta’ Juventus f’din l-edizzjoni taċ-Champions League. Illum imiss lis-Semi-Finali kontra Real Madrid. Dan li ġej hu dak li konna irrapurtajna dakinhar tal-partiti

L-ewwel leg
Wirja stupenda  ta’ Juventus u l-ewwel leg tas-Semifinali kontra Real Madrid jintrebaħ mill-Bianconeri. Lgħabna kontra tim stellari, imma din id-darba bbrillaw il-plejers Bianconeri. Vidal u Tevez kienu tal-ġenn bħal dejjem, Chiellini, Bonucci u Marchisio komplew juru li huma fost l-aqwa fid-dinja, filwaqt li anki Sturaro qed ikollu staġun mill-aqwa u bil-mod il-mod qed jikseb post fiss fl-iskwadra Bianconera. Juventus huma meritatament mal-aqwa klabbs tad-dinja u l-partita tal-lejla, kontra l-holders tat-tazza, turi li l-Bianconeri huma fost l-aqwa nett fl-Ewropa.

JUVENTUS-REAL MADRID 2-1
Skorjaw: Morata (J), Ronaldo (R), Tevez (pen.) (J)

Juventus (4-3-1-2): Buffon; Lichtsteiner, Bonucci, Chiellini, Evra; Marchisio, Pirlo, Sturaro (Barzagli); Vidal; Morata (Llorente), Tevez (Pereyra). Kowċ: Allegri.

Real Madrid (4-4-2): Casillas; Carvajal, Pepe, Varane, Marcelo; James Rodriguez, Sergio Ramos, Kroos, Isco (Hernandez); Bale (Jesé), Ronaldo. Kowċ: Ancelotti.

Karti sofor: Bonucci (J), Tevez (J), Marcelo (R), Vidal (J), Carvajal (R), James Rodriguez (R) u Chiellini (J).

Photogallery tal-partita

It-tieni leg
Juventus huma t-tieni finalisti taċ-Champions League meta ġew draw barra minn darhom kontra Real Madrid. Il-Bianconeri bdew tajjeb imma malajr Real Madrid ħadu r-riedni f’idejhom u kellhom kwarta ta’ dominju assolut. Huma però sabu x-xibka biss minn penalty mogħti minn Ronaldo. Wara Juventus għollew rashom u fit-tieni taqsima wasal il-klassiku gowl tal-eks minn Morata. Lejn tmiem il-partita Juventus kellhom okkażjonijiet tajba biex jirbħu l-partita. Mat-tisfira tar-referee bdiet il-festa Bianconera. It-tim ta’ Allegri jinsab meritatament fil-Finali!

REAL MADRID-JUVENTUS 1-1
Skurjaw: Ronaldo (pen.) (R), Morata (J)

Real Madrid (4-3-3): Casillas; Carvajal, Sergio Ramos, Varane, Marcelo; Rodriguez, Kroos, Isco; Bale, Benzema (Chicharito), Ronaldo. Kowċ: Ancelotti.

Juventus (4-3-1-2): Buffon; Lichtsteiner, Bonucci, Chiellini, Evra; Pogba (Pereyra), Pirlo (Barzagli) Marchisio; Vidal; Tevez, Morata (Llorente). Kowċ: Allegri.

Referee: Eriksson (Svezja)

Karti sofor: Rodriguez, Isco (R), Lichtsteiner, Tevez (J).

Photogallery tal-partita

Ritratti tal-festa fil-Club tagħna

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *