Il-Party tal-Milied għat-Tfal

MatthewJuve News Leave a Comment

Din is-sena l-Club ħaseb biex jerġa’ jorganizza Party tal-Milied għat-tfal. B’differenza għas-snin li għaddew dan se jsir f’post estern għall-Club ġewwa l-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi l-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru minn 10.00am il-quddiem, nhar festa pubblika.

Il-prezz huwa ta’ €10 għal ulied il-membri msieħba dan l-istaġun filwaqt li ulied persuni oħra li għadhom mhux membri jistgħu jattendu xorta iżda l-ħlas huwa ta’ €15. Hemm ħlas addizzjonali wkoll ta’ €5 għall-ġenituri ta’ dawk it-tfal li għandhom sentejn jew iktar li jkunu jixtiequ jaraw l-annimali.

L-aħħar ġurnata li sejrin jiġu aċċettati bookings hija nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru. Għal iktar informazzjoni tista’ tikkuntattjana fuq in-numru 79618994.

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *