Il-pudina tal-kuntratt il-ġdid ta’ Ventura. X’se jiġri?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ventura se jirriżenja jew se jistenna li l-FIGC tkeċċih? Din hi l-ikbar kurżità ta’ dawn l-aħħar sigħat u rridu nistennew sal-laqgħa ta’ għada tal-Federazzjoni sabiex inkunu nafu sew x’se jiġri. Ventura ftit tax-xhur ilu ffirma kuntratt ġdid sal-2020 bħala kowċ tat-tim nazzjonali b’paga ta’ ftit inqas minn miljun u nofs Ewro fis-sena. Jekk jirriżenja, ovvjament ikun qed iwaqqa’ l-kuntratt min-naħa tiegħu u allura l-FIGC ma tkunx obbligata li tħallsu iktar. Mill-banda l-oħra, jekk ikeċċuh se jkollhom jibqgħu jħallsuh sal-2020 (jew sa Ġunju 2018 jekk hu veru kif qed jirrapurtaw xi siti li hemm klawżola fil-kuntratt il-ġdid li dan ma jidħolx fis-seħħ fl-eventwalità ta’ eliminazzjoni mit-Tazza tad-Dinja 2018). Probabbli li f’dawn is-sigħat qed jiġi negozjat ftehim sabiex jiġi xolt il-kuntratt u Ventura jieħu somma flus li tagħmel tajjeb għal dak li se jitlef fit-tliet snin li ġejjin.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on FacebookTweet about this on TwitterPrint this pageShare on Google+Email this to someone

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *