Il-Pulizija ta’ Los Angeles trid sample bid-DNA ta’ Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Wall Street Journal żvela b’mod esklussiv li l-Pulzija ta’ Los Angeles trid sample biex tkun tista’ tqabbel id-DNA ta’ Cristiano Ronaldo ma’ dak li hemm fuq libsa pprovduta minn Kathryn Mayorga. Jidher li Mayorga kienet liebsa dil-libsa meta seħħ l-allegat stupru fuqha min-naħa ta’ Ronaldo fl-2009. Fi stqarrija l-Avukat Peter Christiansen, li qed jiddefendi lil Ronaldo, sostna li din hi proċedura normali la darba l-Pulzija ntalbet terġa’ tiftaħ l-inkjesta. Hu żied anki li Ronaldo dejjem stqarr li kellu rapport konsenswali ma’ Mayorga u għaldaqstant hu normali li jista’ jirriżulta qbil bejn id-DNA tal-attakkant Portugiż u dak ta’ fuq il-libsa.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *