Il-punt dwar Giovinco

MatthewJuve News Leave a Comment

Giovinco se jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni fil-ġimgħat tal-Calciomercato. Qed jissemma li hu jista’ jmur ma’ Fiorentina bi tpartit ma’ Savic jew Neto. Madankollu ‘Tuttosport’ tikteb li Giovinco jrid jibqa’ ma’ Juventus sa Ġunju meta jintemmlu l-kuntratt u hekk ikun jista’ jmur ma’ min irid. Intant ‘La Gazzetta dello Sport’ tirraporta li jekk Giovinco jitlaq ma’ tim ieħor f’Jannar, minfloku Juventus se jieħdu lil Zaza jew Berardi. ‘Tuttosport’ però ma taqbilx ma’ dan, anzi ssostni li Zaza u Berardi se jitħallew ma’ Sassuolo sa Ġunju biex jiksbu ftit iktar esperjenza.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *