Il-punt dwar in-negozjati ta’ Juventus ma’ Barcellona għal Miranda

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Sky l-aħbar dwar Suarez-Juventus s’issa ma sabet ebda konferma. Li hu żgur hu li Paratici qed imur Spanja biex jinnegozja l-akkwist ta’ Miranda. Juventus għall-ewwel ipproponew li jdaħħlu fil-ftehim lil Rugani, biss Barcellona ma dehrux konvinti minn dil-proposta. Għalhekk, skont Calciomercato.com, Juventus offrew 10 miljun għal Miranda. L-aġent tiegħu, intant, ikkonferma li jinsab f’taħdidiet ma’ O.Marseille għalkemm hemm anki offerti minn klabbs oħra. Jidher li f’dan l-istadju l-ikbar problema hi marbuta mar-recompra. Fil-fatt Barcellona jridu li jkollhom id-dritt li jixtru lura lil Miranda, filwaqt li Juventus ma jridux li terġa’ tirrepeti ruħha l-istorja ta’ Morata.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *