Il-punt dwar Sturaro

MatthewJuve News Leave a Comment

Massimiliano Allegri lbieraħ spjega li Juventus għandhom bżonn midfielder hekk kif Asamoah jinsab barra wara l-operazzjoni. Hu qal li minn din is-sena Juventus qed jilagħbu b’midfielder ċentrali iktar u allura jeħtieġu lil xi ħadd ġdid. Nafu li Juventus talbu lil Genoa sabiex jagħtuhom lil Sturaro. Għalissa Genoa għadhom ma qalux ‘iva’ lil Juventus, anzi Gasperini stqarr ilbieraħ li Sturaro se jibqa’ magħhom sa tmiem l-istaġun. Min-naħa tiegħu l-President Preziosi qed jittratjeni ftit sabiex jara x’se jiġri dwar Kucka. Il-ġimgħa d-dieħla Genoa se jagħtu risposta lil Juventus. Mhux eskluż li, kif tikteb il-gazzetta ‘Il Secolo XIX’, Genoa jitolbu somma flus lil Juventus sabiex jagħtuhom lil Sturaro f’Jannar minflok f’Ġunju kif kien miftiehem.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *