Il-verżjoni ta’ Allegri dwar l-injury ta’ Ronaldo

MatthewJuve News

Allegri ċaħad li Ronaldo mar Barcellona fil-jiem li għaddew sabiex jara speċjalist marbut mal-injury tiegħu. Skont Allegri dakinhar li Ronaldo mar Spanja, it-tim kollu kellu jum liberu bla training. Għalhekk kulħadd seta’ jmur fejn irid. Ronaldo mar Barcellona, skont Allegri, b’konnessjoni ma’ kwistjonijiet kummerċjali tiegħu personali.

Dwar l-injury in sé, Allegri sostna li nhar it-Tnejn se jsiru xi check-ups oħra u skont ir-riżultati, Juventus se jkollhom indikazzjoni aħjar dwar kemm qed ifieq malajr Ronaldo. Allegri  għamilha ċara li Ronaldo mhux se jkun irriskjat u se jilgħab biss meta jkun fieq għal kollox. “Aħjar jitlef partita, milli jinbagħat fil-grawnd bir-riskju li jitlef l-aħħar xahrejn tal-istaġun,” temm jgħid Allegri.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email