Il-verżjoni ta’ Raiola dwar il-każ Donnarumma

MatthewJuve News 0 Comments

“Qatt ma kienet problema ta’ flus u m’għandniex ftehim ma’ klabbs oħra. Qatta ma tkellimna dwar klawżola biex jinħall mill-kuntratt. Ma kellniex dil-problema anki għax meta tiddiskuti klawżola bħal dik tkun għamilt 90% tal-kuntratt. Aħna osservajna l-atteġġamenti tal-aħħar sitt ġimgħat.” Hekk tkellem Mino Raiola fl-intervista li ta l-Ħadd. Hu tkellem anki dwar ambjent “ostili u vjolenti wisq.” Raiola attakka anki lil Mirabelli billi qal li miegħu ma jmorrux tajjeb. Barra minn hekk Donnarumma ħass in-nuqqas ta’ appoġġ min-naħa ta’ Milan.  Dwar is-sena d-dieħla, Raiola qal li jekk Milan verament jagħżlu li jħallu lil Donnarumma riserva, allura dan ifisser li jkun hemm każ ta’ mobbing.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on FacebookTweet about this on TwitterPrint this pageShare on Google+Email this to someone

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *