Illejla Davids u Ferrara se jkunu fil-klabb tagħna

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla fil-klabb se jkollna żewġ mistiedna speċjali oħra: Edgar Davids u Ciro Ferrara.Huma se jkunu qegħdin jiltaqgħu mal-membri in regola mal-ħlas tas-sħubija 2015/15 jew 2015/16 ġewwa l-premises tal-klabb fis-7.00 ta’ filgħaxija. Nappellaw biex kulħadd iġib miegħu t-tessera. Min mhux membru imma ġie l-klabb is-Sibt li għadda għall-Finali taċ-Champions League, ikun jista’ jidħol fil-klabb illejla jekk jippreżenta r-wristband safra li ngħatatilhom.

Nixtiequ nfakkru wkoll li llum fin-12.30 p.m. se jkun hemm il-Buffet Lunch ad unur Edgar Davids u Ciro Ferrara fil-La Vallette Restaurant ġewwa l-Fortina Hotel.

Dawn l-attivitajiet kollha huma marbuta mal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *