Illejla fis-6 p.m. Juventus-Cagliari. Narawkom il-Club!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla fis-6.00 p.m. Juventus se jilagħbu kontra Cagliari fil-Juventus Stadium. Din se tkun l-ewwel partita tal-kampjonat f’darna wara li sirna Champions tal-Italja u għaldaqstant se jkun hemm festa żgħira għar-rebħ tat-33 scudetto. Infakkrukom li bħal dejjem il-bieb tal-Club tagħna llejla se jkunu miftuħa għal kulħadd biex flimkien naraw Juventus-Cagliari f’ambjent mill-isbaħ fejn jirrenjaw il-ħbiberija u l-għaqda. Min ikun irid, qabel il-partita jista’ jinkiteb membru fil-Club jew iġedded il-membership tiegħu għall-istaġun li jmiss. Barra minn hekk infakkrukom li l-Club tagħna hu mgħammar b’bar professjonali u bi prezzijiet kompetittivi, kif ukoll souvenir shop mimli daqs bajda b’memorabilja ta’ kull tip. Narawkom hemm!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *