Illejla nkunu nafu meta se titkompla s-Serie A!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla fis-6.30 il-Ministru Taljan tal-Isports se jkollu laqgħa mal-għola awtoritajiet tal-futbol Taljan, fosthom il-President tal-FIGC u dak tal-Lega Calcio. Illum se nkun nafu jekk is-Serie A hix se titkompla u eventwalment se tkun deċiża d-data meta l-partiti se jintlagħbu. Fil-jiem li għaddew l-FIGC għaddiet lill-Gvern il-protokoll li qed ikun propost għall-partiti. Dal-protokoll qed ikun mifli mill-Kumitat Tekniku-Xjentifiku u x’aktarx sal-lejla stess l-Ministru se jkun mgħarraf jekk hemmx bżonn bidliet fil-protokoll. Kollox jindika li l-Gvern Taljan se jawtorizza li l-partita jerġgħu jibdew mit-13 ta’ Ġunju. Illejla nkunu nafu fiċ-ċert!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *