Illum jibda l-kampjonat tas-Serie A 2015/16!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla jibda l-kampjonat tas-Serie A 2015/16, bil-Bianconeri ta’ Allegri jibdew id-difiża tat-titlu għada fis-6.00 p.m. kontra Udinese fil-Juventus Stadium. Wara erba’ kampjonati letteralment iddominati minn Juventus, it-tim ta’ Allegri se jsibha inevittabilment tqila li jikkonferma ruħu bħal champion tal-Italja. Inbidlu diversi plejers fit-tim Juventin. Telqu Storari, Pirlo, Tevez, Vidal u Ogbonna. Minflokhom ġew niex bħal Dybala, Mandzukic, Khedira, Alex Sandro, Zaza, Rugani u oħrajn. Ir-rinnovament ifisser li t-tim għall-ewwel se jsibha ftit iktar tqila biex jingrana. FL-istess ħin  il-konkorrenza tqawwiet sew. Roma għandhom tim kompetittiv immens; Lazio jidhru li għadhom sodi; Napoli, Milan u Inter xtraw diversi plejers tajbin. Biex ma nsemmux imbagħad timijiet ‘out-siders’ bħal Fiorentina u Torino. Insomma l-kampjonat Taljan jidher bilanċjat iktar mis-snin ta’ qabel. Konvinti li Juventus għandhom l-iskwadra biex jippruvaw jirbħu l-ħames scudetto konsekuttiv u hekk jilħqu r-rekord tagħhom stess li jmur lura għas-snin 1930-35.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *