Illum l-polza taċ-Champions League!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum f’nofsinhar se tittella’ l-polza tas-Semifinali taċ-Champions League. L-avversarji ta’ Juventus jistgħu jkunu Real Madrid, Barcellona jew Bayern Munich. F’survey li sar fil-paġna Facebook tal-Club tagħna rriżulta li s-supporters jippreferu lil Real Madrid bħala l-avversarji ta’ Juventus. Fil-fatt 118 persuna minn fost 138 li vvutaw, indikaw lil Real Madrid. L-għoxrin l-oħra nqasmu nofs bin-nofs bejn Bayern u Barcellona. Insomma jidher li s-supporters jikkunsidraw lil Real Madrid bħala avversarju qawwi imma li Juventus kapaċi jegħlbu biex ikomplu l-mixja tagħhom fl-Ewropa.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *