Illum hi ġurnata importanti biex inkunu nafu x’se jkun il-futur tal-kampjonat domestiċi, il-kompetizzjonijiet Ewropej u l-Euro2020 hekk kif il-President tal-Uefa se jkollu laqgħa permezz ta’ video conference mal-kapijiet tal-Federazzjonijiet kollha. Illum x’aktarx ikollna idea aktar ċara dwar kif se jitkomplew il-kampjonati, iċ-Champions League u l-Europa League. Barra minn hekk illum suppost ikun imħabbar li l-Euro2020 se jkollu jintlagħab f’dati oħra minn dawk li oriġinarjament kienu maħsuba.
Matthew Scerri