Illum tibda ż-żjara ta’ Trezeguet u Moggi!

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Illum fuq stedina tal-Juventus Club DOC Vero Amore se jaslu Malta is-super leġġenda DAVID TREZEGUET kif ukoll fl-għeluq 10 snin minm calciopoli l-eks direttur LUCIANO MOGGI.

Il-lejla se ssir VIP Gala Dinner ġewwa il-lukanda Radisson Sas St.Julians.

Għada il-Ħamis ESKLUSSIVAMENT għall-membri ser ikunu qed jiltaqgħu mal-membri ġewwa il-klabb.
Infakkar lill-membri li dħul fil-klabb huwa STRETTAMENT bit-tessera.

Napella lil kulħadd sabiex jikkopera magħna kemm waqt l-ikla li hija OVER FULLY BOOKED kif ukoll meta jiġu il-klabb.

Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-Juventus Club DOC Gianluca Pessoto Gozo (Jesmond Buttigieg ) talli neżlin b’numru sabiħ ta’ 35 membru mill-gżira Għawdxija. Infakkar li dan huwa l-uniku klabb Għawdxi rikonnoxut mid-DOC.

Grazzi kbira ukoll tmur lejn l-isponsors ta’ dan l-event li huma Duncan Agius ESS –Mario Pisani L’AROMA REST – Claudio Spiteri Debarro IL-PIRATA REST – Antonello Cappitta EIE – Jonathan Vella FCM Travel – Emanuel Peresso u Christina PeressoEUROSPORT.

Grazzi u ejjew ħalli flimkien nieħdu pjaċir b’din il-festa Juventina ġewwa pajjiżna.

Il-President tagħkom
Joseph Fenech

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *