Importanti – Dokumentazzjoni meħtieġa mingħand kulmin jissieħeb fil-Fan Club

Darren Micallef Hot news, News Leave a Comment

Minn dan l-istaġun 2019/20 kull persuna li tissieħeb fil-Fan Club għal skop ta’ biljetti jeħtieġ li b’mod obbligatorju tgħaddilna kopja ta’ dokument tal-identita’.

Adulti – Kopja bil-kulur tal-karta tal-identita’ minn quddiem u wara
Tfal li għandhom 6 snin jew iktar u għad m’għandhomx karta tal-identita’
– Kopja bil-kulur tal-Passaport

Minkejja li jkun sar il-ħlas, qabel ma d-dokument tal-identita’ jasal għandna ma nkunux nistgħu nagħmlu r-reġistrazzjoni. Għaldaqstant inħeġġu lil kull min diġa’ ssieħeb fil-Fan Club imma għadu ma għaddilniex id-dokument biex iġibha miegħu l-uffiċju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn 6.30pm u 8pm sabiex nieħdu kopja tagħha aħna jew inkella jibgħatilna kopja tajba bil-kulur minn quddiem u minn wara (scan idealment) fuq l-indirizz email juventusclubmalta@onvol.net

Qabel ma d-dokument tal-identita’ jasal ghandna ma nkunux nistghu naghmlu r-reġistrazzjoni fil-Fan Club u konsegwentement ma nkunux nistgħu inġibu ebda biljett allavolja l-membru jkollu fil-pussess tiegħu Juventus Card valida (ex Tessera del Tifoso).

Dan l-avviż ma jgħoddx għal min applika magħna biex jagħmel it-Tessera del Tifoso f’dawn l-aħħar snin għaliex il-kopja tad-dokument tal-identita’ li kien għaddielna għadu fl-arkivji tagħna u nistgħu nużaw lilu.

Infakkrukom ukoll li minn dan l-istaġun ukoll is-sħubija fil-Fan Club biss m’għadhiex biżżejjed biex issir l-applikazzjoni għal biljetti imma hi meħtieġa wkoll il-Juventus Card (dik li qabel kienet tissejjaħ Tessera del Tifoso)
Tista’ taqra iktar hawn http://juventusclubmalta.com/Juve-card

Għal iktar informazzjoni iktbulna email fuq juventusclubmalta@onvol.net jew ċemplu fuq in-numru 79618994.

Darren Micallef
Uffiċjal Tesseramenti
Assistent Segretarju u Assistent Segretarju Internazzjonali

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *