Ingħaqdu magħna ħalli flimkien niċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat

MatthewJuve News Leave a Comment

Konna u għadna nemmnu bħal dejjem li d-delużjoni għall-eliminazzjoni miċ-Champions League, m’għandha bl-ebda mod ittappan l-imħabba tagħna s-supporters lejn it-tim Juventin. Inqisu assurd li online xi gruppi barranin qed jistigaw lil supporters oħra biex jibbojkottjaw ir-rebħ tal-iscudetto. Nemmnu li l-iscudetto għandu jkun iċċelebrat bl-aktar mod xieraq. Illum jew l-aktar l-aktar ftit jiem oħra nkunu champions tal-Italja għat-tmien sena konsekuttiva u għas-37 darba fl-istorja. Għandna għalxiex inkunu kburin bit-tim tagħna. Timijiet oħra ilhom snin imxenqa li mqar ikunu jistgħu jiġġieldu sal-aħħar ġurnata għar-rebħ tal-kampjonat. Ikunu paradossali li aħna ma niċċelebrawx ir-rebħ tal-kampjonat. Nistidnukom għaldaqstant tingħaqdu magħna fis-6.00 p.m. fil-premises tagħna ġewwa Birkirkara sabiex ngħixu dan il-mument tant sabiħ fl-istorja tagħna. Forza Juve bħal dejjem!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *