Injuries anki għal Cancelo, Kean u Bernardeschi

MatthewJuve News 1 Comment

Juventus qed jirriskjaw li jkollhom nofs tim barra għall-partita kontra Manchester United. Meta ninsabu jumejn bogħod mill-partita taċ-Champions League, l-aħbarijiet mill-Continassa mhuma xejn sbieħ. Matuidi reġa’ ma ttrenjax ma’ sħabu u minflok segwa programm personalizzat ta’ training. Douglas Costa ma ttrenjax għal kollox u minflok sarulu xi terapiji biex ifieq mill-injury tiegħu. Anki Kean jinsab barra mill-azzjoni minħabba injury, filwaqt li Bernardeschi sofra injury ieħor, did-darba fl-għaksa wara li kien qed jirkupra minn injury muskolari. Ma’ dawn irridu nżidu anki lil Cancelo li ma ttrenjax minħabba għeja muskolari. Kollha kemm huma dubjużi għall-partita kontra r-Red Devils.

L-unika aħbar tajba tal-ġurnata hi li Chiellini u Mandzukic ittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom u allura rkupraw mill-injuries tagħhom.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Comments 1

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *