Insiru nafu min hu Rodrigo Betancur

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Rodrigo Betancur twieled nhar il 25 ta’Ġunju 1997 ġol-belt ta’ Nueva Helvecia fl-Urugwaj.

Kellu d-debutt tiegħu bħala plejer tal-futboll professjonist fit-12 ta’April 2015 fil-logħba li t-tim tiegħu Boca Juniors lagħab kontra Nueva Chicago fl-ewwel diviżjoni Arġentina.

Fis-sajf 2015 daħal fit-trattativa li Juventus kellhom ma’l-istess Boca Juniors biex Carlos Tevez reġa’ mar lura lejn pajjiżu. It-tim bianconero kiseb d-dritt li jakkwista dan it-talent għas-somma ta’9.4 miljuni ta’ewro. Dritt li jiskadi fl-20 ta’April ta’din is-sena.

Imlaqqam bħala ‘Lolo’ minn tfulitu, lil Rodrigo tefawlu fuqu bosta tikketti bħal ‘il-Pirlo-il ġdid’ jew ‘il-Riquelme-il ġdid’. Madankollu din il-pressjoni fuqu, ż-żagħżugħ tefa’ moħħu fil-grawnd u mexa skond il-karateristiċi tiegħu. Jiġifieri plejer li mhux biss kapaċi jkun playmaker tajjeb, imma wkoll plejer ta’wara l-attakkanti. Dan l-aħħar huwa sosstna

” La jien numru 8 u lanqas numru 5. Miniex Riquelme, għalkemm nispira ruħi minn Xavi u Iniesta”

Ghalkemm Betancur twil 1m u 85cm, dan il-plejer huwa tajjeb ħafna teknikament u ma jbatix fil-kontroll tal-ballun kemm bix-xellug u bil-lemin. Il-karatteristika prinċipali tiegħu skond il-medja Arġentina hija l-kapaċita’ li jilgħab f’kwalunkwe rwol ta’ nofs-il grawnd. Fil-karriera qasira tiegħu diġa ta prestazzjonijet tajbin kemm quddiem id-difiża, wara l-attakkanti u anke f’posizzjoni laterali f’tattika 4-4-2.

Pierre Bonavia

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *