Inter iridu nofs miljun għal Osvaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Tard ilbieraħ filgħaxija Juventus kellhom laqgħa ma’ Inter dwar Osvaldo. Juventus talbu li jingħataw lill-attakkant Italo-Arġentin. Ir-risposta ta’ Inter kienet li huma lesti jħallu lil Osvaldo jiġi Turin u talbu ħlas ta’ nofs miljun Ewro. Huma qed jippretendu din is-somma sabiex ixolju l-kuntratt tagħhom tas-self b’xejn li bih ħadu lill-attakkant fis-sajf mingħand Southampton. Juventus ma jridux jafu li jħallsu xi flus lil Inter. Intant min-naħa tiegħu Osvaldo qed jagħmel pressjoni qawwija sabiex jitħalla jmur ma’ Juventus. In-negozjati se jkomplu għaddejjin sa nhar it-Tnejn filgħodu. F’każ li jfallilhom l-akkwist ta’ Osvaldo, Juventus lesti jmorru għal Pazzini jew Matri.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *