It-tmiem ta’ era

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Mejju hi l-ġurnata li fiha, skont l-esperti tal-calciomercato, se ssir il-laqgħa bejn Allegri u Agnelli. Laqgħa li bosta qed ibassru se twassal għat-tmiem tal-era Allegri ma’ Juventus. Wara ħames snin Juventus għandhom il-ħtieġa ta’ bidla sabiex ikunu jistgħu jkomplu jikbru u jimmiraw li finalment jirbħu l-imbierka Champions League. Illum hu dejjem iktar evidenti li Allegri, li tana ħafna, m’għandu xejn iktar ġdid x’jista’ jagħti lit-tim Juventin. Għalhekk hemm bżonn ta’ bidla. Bidla li mhix ġejja biss mit-telfa kontra Ajax, imma fuq kollox hi l-konsegwenza tal-logħob imqanżaħ li Juventus ilhom wisq juru. Il-mentalità pragmatika ta’ Allegri mhix biżżejjed biex wieħed jirbaħ fl-Ewropa. Tottenham u Liverpool għandhom inqas talent fit-tim milli għandu Allegri, biss huma tim li ma jieqfu qatt jilagħbu. Fl-Ewropa ma tistax tilgħab biss 45 minuta kif il-Juventus ta’ Allegri għamlet kważi dejjem. Kull darba li lgħabna 90 minuta, ara l-partiti kontra Atletico Madrid u ngħid jien anki kontra Real is-sena li għaddiet, urejna li aħna m’għandna xejn inqas minn ħaddieħor. Allegri, imma, qatt ma fehma din il-ħaġa u b’daqsxejn ta’ arroganza baqa’ għaddej bl-istil tiegħu minkejja li kienu bosta dawk li kienu qed jiftħulu għajnejh. Webbes rasu u llum nemmnu li hu barra mill-pjanijiet ta’ Juventus. Nibqgħu dejjem grati lejh għal dak li tana, imma għall-ġid tat-tim hemm bżonn ta’ bidla. Kollox ma’ kollox il-forte ta’ Juventus kien dejjem il-kapaċità li jibdlu. Issa hemm bżonn kowċ b’mentalità differenti minn ta’ Allegri, bi stil ta’ logħob ferm aqwa u fuq kollox bir-rieda li t-tim jiġġieled sal-aħħar minuta għar-rebħ. Ma ninsew qatt li aħna dawk tal-Fino alla Fine!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *