Jibqgħu jissemmew Marcelo u Milinkovic-Savic

MatthewJuve News Leave a Comment

Meta fadal biss ħamest ijiem għal tmiem is-suq tat-trasferimenti fl-Italja, huma ħafna dawk li jemmnu li Juventus se jagħmlu tentattiv għal kolp ieħor biex isaħħu lit-tim tagħhom. L-ismijiet li l-aktar qed isiru b’insistenza huma dawk ta’ Marcelo u Milinkovic-Savic. Dan tal-aħħar, b’mod partikolari, jaf inkunu l-akkwist li Juventus għandhom f’moħħhom anki jekk Pjanic jġedded il-kuntratt. Fil-fatt bosta esperti tal-calciomercato jemmnu li fl-aħħar mill-aħħar jaf jieqaf il-bluff ta’ Lotito u fl-aħħar jumejn tas-suq tat-trasferiment ikollu jaċċetta l-aqwa offerta li jkollu f’idejh. Biex niftehmu, Juvetnus ma jidhrux disposti jagħtuh 150 miljun għal Milinkovic-Savic, biss jidhru disposti jagħmel investiment ta’ madwar 90-100 miljun.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *