Jidher li kollox mexa għall-Ħamis jew il-Ġimgħa

MatthewJuve News Leave a Comment

Dik li kellha tkun is-Sarri Day finalment ħallietna mill-ġdid lampa stampa. Juventus għandhom ma ħabbrux l-isem tal-kowċ il-ġdid. Skont diversi sorsi mainstream, prinċipalment Tuttosport, l-aħbar li Sarri hu l-kowċ il-ġdid se tingħata nhar il-Ħamis u l-preżentazzjoni x’aktarx tkun il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju kif kien imbassar diversi ġimgħat ilu. L-indikazzjoni sa dal-punt huma li Chelsea lesti jħallu lil Sarri jitlaq mingħajr problemi.

Il-ġurnata tal-Ħamis mhix waħda każwali. Fil-fatt Momblano lbieraħ stess żvela li s-sentenza tal-Uefa fil-konfront ta’ Manchester City mistennija toħroġ sa nhar il-Ħamis. Ta min jirrimarka wkoll li hemm l-għidut li l-klawżola li permezz tagħha Guardiola jista’ jinħall mill-kuntratt hi valida sal-15 ta’ Ġunju. Għaldaqstant il-Ħamis jew l-iktar l-iktar il-Ġimgħa, hu l-ġranet sakemm Juventus jistgħu jistennew lil Guardiola. Hu ovvju li jekk is-sentenza Uefa tibqa’ ma toħroġx jew toħroġ b’piena minimi għal Manchester City, Juventus ikollhom jaqtgħu qalbhom minn Guardiola u Sarri jkun jista’ jinħatar kowċ ta’ Juventus.

Kif qed taraw it-teoriji taż-żewġ partijiet (Sarri u Guardiola) għal darb’oħra jidhru qed jintrabtu ma’ xulxin u b’xi mod qed jikkonfermaw li verament hemm negozjati kemm ma’ Sarri kif ukoll ma’ Guardiola.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *