Jinbidel l-isem tas-sħubija DOC u l-prezz. L-isem il-ġdid issa huwa ‘Fan Club’

Darren Micallef Hot news, News 0 Comments

 
Issa li dalwaqt jingħata bidu ġdid għal staġun ieħor, nisperaw tant ieħor entusjasmanti imma bi tmiem iktar feliċi, bdejna niġu nformati b’ċertu tibdil li se jidħol fis-seħħ b’mod immedjat.

Bħala parti minn l-istrateġija ġdida tal-marketing imħabbra ftit tax-xhur ilu biex jintlaħqu iktar Juventini madwar id-dinja, il-Club tagħna mhux se jibqa’ jissejjaħ uffiċjalment Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975) iżda se jsir Juventus Official Fan Club ‘Vero Amore’ (Malta 1975)

Il-kelma DOC li tant ilna mdorrijin biha issa ġiet eliminata u minflokha se nibdew nużaw il-frażi ‘Fan Club’. Għaldaqstant, it-tesserament dirett mad-DOC issa se jkun tesserament mal-‘Fan Club’ ġewwa Turin.

Dan il-kit tal-‘Fan Club’ se jkun jikkonsisti minn dan li ġej:-

  • Tessera uffiċjali Juventus Official Fan Club
  • roħs ta’ 10% fuq il-prodotti uffiċjali ta’ Juventus ġewwa kull Juventus Store
  • roħs ta’ 10% validu għal tliet akkwisti online minn store.juventus.com sat-30 ta’ Ġunju 2018
  • tariffa imraħħsa għall-akkwist tal-biljetti tal-Juventus Museum, Stadium Tour u Juventus City Tour, roħs ta’ 5% mil-JMedical kif ukoll roħs ta’ 50% fuq il-JMedical Card
  •  
    Kif jidher hawn fuq, ma hu se jkun hemm ebda rigal inkluż.

    Juventus għażlu wkoll li jgħollu l-prezz tal-kategorija ‘Adulti’ (kull min twieled qabel il-31 ta’ Diċembru 2001) u minn €20 issa se ssir tiswa’ €25.

    Żagħzagħ taħt is-16-il sena (imwielda wara 1 ta’ Jannar 2002) iħallsu €16.

    Din it-tessera tal-Fan Club se tibqa’ tagħtikom l-istess drittijiet li kienet tagħtikom it-tesserament DOC li takkwistaw biljetti bi prezz face value (flimkien ma’ €10 fuq kull biljett bħala spejjeż ta’ amministrazzjoni) mil-Club tagħna.

    Għal iktar informazzjoni nistidnukom iżżuruna l-uffiċju tal-Club matul il-ħinijiet tal-ftuħ jew tibgħatu email fuq juventusclubmalta@onvol.net

    Share with your Bianconeri friends!Share on FacebookTweet about this on TwitterPrint this pageShare on Google+Email this to someone

    Leave a Reply

    Your email address will not be published. Required fields are marked *