Ir-relazzjonijiet bejn Juventus u l-aġent Jorge Mendes huma itjeb milli qatt kienu. Wara Cancelo u Ronaldo, l-aġent jista’ jkun strumentali sabiex Juventus jiksbu tliet plejers oħra. Nafu li Mendes hu qrib ħafna tal-familja Milinkovic-Savic u minkejja li mhuwiex l-aġent tal-midfielder Serb, hu jidher dispost li jgħin lil Marotta u Paratici jiffirmaw lill-istilla ta’ Lazio fl-istaġun. Fl-istess ħin Juventus tefgħu għajnejhom fuq żewġ plejers ta’ Wolves li għandhom lil Mendes bħala aġent. Dawn huma Ruben Neves u Dogo Jota. Insomma, jaf se nisimgħu ħafna dwar Mendes fis-sajf li ġej!
Matthew Scerri