Juventus-Ajax 1-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ħolma tieqaf hawn. Ajax kienu bravissimi li għelqu lil Juventus fl-Allianz Stadium wara li kienu marru minn taħt bil-gowl ta’ Ronaldo. Huma dawru r-riżultat favurihom u kien ħaqqhom li jgħaddu għas-SemiFinali. Min-naħa tagħhom, Juventus urew li fuq il-karta għandhom tim qawwi imma fil-grawnd qatt ma wera għal kollox il-valur kollu tiegħu. Allegriżmu, jiġifieri l-mentalità pragmatika li dejjem urew Juventus fil-grawnd, fl-Ewropa ma tagħtix il-frott. Fl-Ewropa jirbaħ min jinżel fil-grawnd biex jiddomina lill-avversarju. Kull darba li lgħabna hekk, tipo l-partita tal-Old Trafford jew kontra Atletico f’darna, morna tajjeb. Fl-istess waqt kull darba li lgħabna bil-mentalità ta’ stennija bħal-lum u kontra Atletico fl-ewwel partita, kellna diżappunti kbar. Fl-aħħar u mhux l-inqas (u qed insemmuha mhux bħala skuża imma bħala fatt) Juventus ikollhom wisq injuries. Kull darba li naslu għal dawn il-partita qed ikollna ħafna plejers neqsin b’injuries jew deħlin minn injuries. Ma nemmnux li hu biss b’xorti ħażina li Juventus ikollhom dawn l-injuries kollha u ħaddieħor le. Illum, iktar minn qatt qabel, Juventus għandhom bżonn tmexxija teknika u atletika mhux Taljana biex tagħmel dik il-qabża ta’ kwalità fl-Ewropa.

JUVENTUS-AJAX 1-2
Skurjaw:
Ronaldo (J), Van De Beek (A), De Ligt (A)

Juventus: Szczesny; De Sciglio (Cancelo), Bonucci, Rugani, Alex Sandro; Emre Can, Pjanic, Matuidi; Bernardeschi (Bentancur), Dybala (Kean), Ronaldo. Kowċ: Allegri

Ajax: Onana; Veltman, De Ligt, Blind, Mazraoui (Sinkgraven, Magallan); Schone, De Jong; Ziyech (Huntelaar), Van de Beek, Neres; Tadic. Kowċ: Ten Hag

Referee: Turpin (Fra)

Karti sofor: Bonucci (J), Ronaldo (J)

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *