Juventus bħalissa champions tal-Italja anki bl-algoritmu

MatthewJuve News Leave a Comment

Nafu li l-FIGC stabbiliet li jekk is-Serie A jkollha tieqaf għal kollox u ma titkomplix għal dan l-istaġun, il-klassifika finali se tkun maħduma fuq bażi ta’ algoritmu, jiġifieri formula matematika. L-algoritmu hu meħtieġ peress li mhux kulħadd jaf ikun lagħab l-istess numru ta’ partiti sakemm jieqaf il-kampjonat. Skont La Repubblica dan l-algoritmu se jkun jikkalkula l-medja ta’ punti miksuba minn kull tim fil-partiti home u f’dawk away. Imbagħad il-medja tal-punti se tkun moltiplikata għan-numru ta’ partiti li dak l-istess tim ikun fadallu jilgħab.

Jekk verament din hi l-formula li se tintuża, allura l-klassifika attwali tal-kampjonat li kieku kellu jieqaf illum hi:

Ta’ min ifakkar li fil-bidu tal-istaġun ir-regolamenti kienu differenti. Dan l-algoritmu ġie vvintat issa. Qabel ir-regola kienet tgħid li jekk jieqaf il-kampjonat, tgħodd bħala klassifika finali dik sal-aħħar Ġurnata tal-kampjonat fejn it-timijiet ikunu lagħbu numru indaqs ta’ partiti.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *