Juventus bi ftehim esklussiv ma’ Konami

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Konami Digital Entertainment B.V. iffirmaw kuntratt ta’ partnership esklussiva. Permezz ta’ dan il-kuntratt l-isem, il-logo u l-flokk ta’ Juventus se jkunu jistgħu jidhru biss fuq il-logħba PES. FIFA u logħbiet oħra mhux se jkunu jistgħu jużaw l-isem Juventus u minflok se jkun hemm tim bil-kuluri bojod u suwed li se jkun jismu Piemonte Calcio. Il-ftehim ma’ Konami se jagħti aċċess lill-kumpanija biex toħloq profili virtwali tal-plejers Juventini aktar realistiċi permezz tal-Full-Body 3D Scan. Pjanic se jkun anki l-ambaxxatur tal-PES2020.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *